Futbol Sport

Palermo jakkwistaw lil Coronado

L-eksplejer ta' Floriana Coronado hekk kif iffirma ma' Palermo

Il-plejer Brażiljan Igor Coronado se jkompli l-karriera tiegħu fl-Italja hekk kif ingħaqad ma’ Palermo. Coronardo, li hu wiċċ familjari mal-futbol lokali hekk kif lagħab ma’ Floriana, hu wieħed mill-ewwel akkwist tad-direttur sportiv Lupo.

Coronado li kien jilgħab ma’ Trapani, qal li jinsab tajjeb fi Sqallija u għalhekk ħa d-deċiżjoni li jingħaqad ma’ Palermo. Hu qal li għażel lil Palermo għaliex huma klabb popolari u li se jissielet biex jirritorna fis-Serie A.

“Ninsab lest biex nibda din l-avventura l-ġdida u ninsab għad-dispożizzjoni tal-kowċ u rrid li jkolli kampjonat tajjeb,” qal il-Brażiljan.