Sewwieq ta’ mutur weġġa’ gravi f’inċident li seħħ il-bieraħ fis-6:30pm. L-inċident seħħ fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi.
Miegħu s-sewwieq tal-mutur, li għandu 36 sena residenti San Giljan, kellu passiġġiera Olandiża ta’ 27 sena li sofriet ġrieħi ħfief.
Mill-ewwel fuq il-post il-Pulizija tad-Distrett mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta, li saret ħabta bejn mutur tat-tip Kymco u vettura tal-għamla Mitsubishi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-incident għadha għaddejja.
//= $special ?>