Lokali Parlament

Is-sitwazzjoni fl-FIAU hi inkwetanti ħafna…għandha tingħata spjega dwar riżenji li seħħew

– Karol Aqulina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li s-sitwazzjoni fl-FIAU hi inkwetanti ħafna u għandhom jingħataw spjegazzjonijiet dwar id-diversi riżenji li seħħew.

F’diskrors fl-Aġġornament tal-parlament, Karol Aquilina tkellem dwar l-FIAU u qal li l-FIAU tipproċessa u tanalizza informazzjoni biex tiġġeled il-ħasil tal-flus u t-terroriżmu.

Għalhekk l-FIAU għandha rowl kbir għaliex hi fdata mis-sigurtà tal-pajjiż bl-iskop li tassigura li Malta jkollha l-aqwa reputazzjoni internazzjonali.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-FIAU llum hemm 30 impjegat; 29 minnhom b’kuntratt indefinit. Dwar il-persuni li rriżenjaw, Karol Aquilina qal li mill-elezzjoni ‘l hawn irriżenjaw 14-il persuna mill-FIAU. Dan ifisser li ġara xi ħaġa serja fl-istituzzjoni.

Kien hemm kuoll persuna oħra li rriżulta u għalhekk minn 30 persuna, f’erba’ snin irriżenajw nofshom. Dawn huma kollha nies b’kapaċità investigattiva u huma maħrrġa sew. Din mhix sitwzzjoni normali jew aċċettali u għalhekk għandha tingħata spjega għaliex seħħu dawn ir-riżenji.

Inkwetanti wkoll li żewġ uffiċjali għolja fl-FIAU tkeċċew mill-impjieg tagħhom ftit jiem wara l-elezjzoni li għaddiet. Hu qal li l-Gvern għandu jispjega jekk dawn ir-riżenji għandhomx konnessjoni ma’ dak li seħħ qabel l-elezzjoni u jekk dawn għandhomx x’jaqsmu mal-mod kif l-FIAU tinħeba wara l-liġi biex ma tagħtix informazzjoni dwar ftati li huma fid-diskussjoni pubblika.

Id-deputat Nazzjonlaista tkellem dwar il-Korp tal-Pulizija u qal li s-skiet tal-korp qed iġib suspetti li l-pulizija qed iħarsu lejn l-uċuħ.

Sewwa qal l-Arċisqof li l-Korp tal-pulizja għandu bżonn l-awtonomija mill-istat u l-awtonomija biex jaqdi d-doveri tiegħu, sostna Karol Aquilina, li kompla li llum il-pulizija qed jipproteġu numru ta’ ċittadini Maltin kriminali f’positions of trust.