Iċ-champion renjanti ta’ Wimbledon Andy Murray safa eliminat mill-Open ta’ Wimbledon.
Dan hekk kif ftit tal-ħin ilu tilef bi skor ta’ 3-6 6-4 6-7 (4-7) 6-1 6-1 kontra Sam Querrey.
Din it-telfa tfisser li issa Murray jista’ jkun maqbuż fl-ewwel post tar-rankings mondjali.
It-tennista numru tnejn fid-dinja Novak Djokovic jista’ jitla’ fl-ewwel post jekk kemm-il darba jirbaħ il-kompetizzjoni.