Matul l-istaġun li ġej Sirens FC se jkunu mmexxija minn tnejn mill-aqwa plejers Niġerjani li qatt kellna f’pajjiżna.
Orosco Anonam se jkun il-Head Coach tal-klabb. Matul il-karriera tiegħu hu lagħab bħala difensur, midfielder u attakkant ta’ diversi klabbs fosthom Tarxien, Pieta’ (fejn kien plejer u assistent kowċ), Naxxar, Sliema kif ukoll Floriana, Ħamrun u l-istess Sirens. Dan minbarra li akkwista ċittadinanza Maltija u lagħab għat-tim nazzjonali Malti.
Hu se jkun assistit minn Ndubisi Wowo Chukunyere li jibqa’ mfakakr fost l-oħrajn għall-gowl fl-aħħar minuti tal-logħba bejn Hibsu Shelbourne fl-2002 li kien wassal lil Hibernians Fc għar-rawnd li jmiss taċ-Champions League kontra Boavista.
Qabel il-klabb ta’ Raħal Ġdid, Chukunyere kellu prova ma’ Birkirkara iżda ma nżammx. Minkejja xi injuries, Chukunyere irnexxielu jegħleb id-diffikultajiet u saħansitra lagħab għat-tim nazzjonali Niġerjan fil-livell ta’ taħt il-21 sena.
Ma’ Hibernians Fc Chukunyere impressjona, intagħżel bħala l-aqwa barrani fl-2002 u saħansitra ssejjaħ min-Niġerja għal logħba ta’ ħbiberija kontra l-Eġittu.
Madankollu fl-2005 ngħaqad ma’ Valletta għal perjodu qasir qabel irritorna ma’ Hibs, kiseb iċ-ċittadinanza Maltija u daħal fl-istaff tekiniku tal-klabb għal xi żmien.
//= $special ?>