Kurżitajiet

X’qed tagħmel Julia Roberts ma’ Juan Mata?

Julia Roberts flimkien ma' Juan Mata f'Los Angeles
L-Ispanjol poġġa' r-ritratt tiegħu ma' Julia Roberts fuq it-Twitter account personali tiegħu

Kulħadd jaf illi l-attriċi popolari Julia Roberts hija waħda mis-supporters kbar tat-tim Ingliż ta’ Manchester United illi bħalissa qedgħin Los Angeles għal kamp ta’ taħriġ. U waqt li l-plejers għaddejin bil-pre season tagħhom, l-attriċi ta’ Hollywood għamlitilhom żjara sorpriża.

Fuq Twitter, il-midfielder Spanjol Juan Mata tefa’ ritratt tiegħu ma’ Julia Roberts, liema ritratt ittieħed fit-training grounds tal-University of California.

L-istilla taċ-ċinema poplolari għall-films Pretty Woman, Notting Hill u Erin Brockovich, bla dubju li għandha soft spot għar-Red Devils tant li s-sena li għaddiet żaret ukoll Old Trafford fejn segwiet waħda mill-partiti tal-istaġun mar-raġel u t-tfal tagħha.