Lokali

Żieda fl-ammont ta’ passiġġieri f’Ġunju fl-MIA

L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbar li matul ix-xahar ta’ Ġunju  laqa’ 578,827 passiġġier b’żieda ta’ 17.5% fin-numru ta’ passiġġieri meta ċ-ċifri ġew kkumparati mal-istess perjodu tas-sena preċedenti.

Matul ix-xahar li għadda l-movimenti tal-ajruplani żdiedu bi 11.7% sabiex waslu għal total ta’ 4,071 moviment. Barra minn hekk, is-seats disponibbli fuq it-titjiriet żdiedu bi 15.5%, filwaqt li s-seat load factor (SLF) wera titjib ta’ 1.1 perċentwali.

L-aqwa ħames swieq tal-ajruport għal Ġunju kienu r-Renju Unit, l-Italja, il-Ġermanja, Franza u Spanja.