Bidu tajjeb għal plejer internazzjonali Malti Andrè Schembri li kellu debutt feliċi fl-ewwel logħba ma’ Apollon Limassol. Schembri ħa biss 10 minuti biex fetaħ l-iskor fil-logħba li t-tim Ċiprijott lagħab kontra Zaria Balti. Hu
rnexxielu jkun fil-pożizzjoni t-tajba biex skorja mir-rebawnd wara li l-ewwel xutt kien salvat parzjalment mill-gowlkiper avversarju.
Apollon Limassol rebħu l-partita 3-0 bil-gowls l-oħra jkunu skorjati fil-21 minuta minn Alex da Silva u fit-28 minuta minn Joao Pedro, biex b’hekk jinsabu favoriti netti li jgħaddu għat-tielet rawnd tal-UEFA Europa League.
//= $special ?>