It-tibdil propost fil-masterplan ta’ Smart City għandu jkun approvat biss mill-Parlament jekk il-prezz ta’ l-art lill-iżviluppaturi ikun jirifletti l-prezz fis-suq ta’ art simili.
Qalet dan l-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin, l-MDA, fi stqarrija li fiha esprimiet il-pożizzjoni tagħha dwar il-masterplan għal Smart City.
L-MDA qalet li hu ovju li t-tibdil propost u totalment differenti mill-pjan oriġinali tal-proġett li kellu jkun ċentru għall-IT li jkun joffri mal-5,000 impjieg. L-Assoċjazzjoni qalet wkoll li t-tibdil propost fil-Master Plan jagħmlu bħala’ proġett ieħor ta’ żvilupp ta’ propjeta’. Dan iwassal biex dan l-iżvilupp jikkompeti ma’ dawk ta’ żviluppaturi oħrajn privati li jħallsu prezzijiet għolja biex jixtru siti simili għal dawk bħal ta’ Smart City.
L-istqarrija tgħid li l-MDA qed tingħata pariri u konsultazzjoni ta’ esperti dwar il-prezz tal-propjetajiet fis-suq lokali. L-MDA qed issostni li din iż-żieda f’daqqa ta’ numru kbir ta’ żvilupp ta’ propjeta’ fuq art li tingħata bi prezz li ma tirriflettix il-prezz fis-suq jista’ ekonomikament jaffettwa’ ħażin lil dan is-suq.
//= $special ?>

