Lokali Unjoni Ewropea

Jonathan Shaw jitfa’ n-nomina tiegħu għall-Elezzjoni Każwali għall-Membru tal-Parlament Ewropew

S'issa tefgħu n-nomina erba' kandidati biex jiġu eletti fil-Parlament Ewropew.

Jonathan Shaw tefa’ n-nomina tiegħu għall-elezzjoni każwali biex jiġi elett kandidat minflok Therese Comodini Cachia bħala Membru Parlamentari Ewropew.

Issa hemm erba’ kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista li tefgħu n-nomina tagħhom, dawn huma: Ray Bugeja, Johnathan Shaw, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.

Therese Comodini Cachia ħalliet il-kariga tagħha bħala Membru Parlamentari fl-Unjoni Ewropea wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 fuq it-Tmien Distrett.

L-elezzjoni każwali biex jiġi elett l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista se ssir nhar it-Tlieta 18 ta’ Lulju.