Internazzjonali Kurżitajiet

Midruba f’Pamplona

Sitt minn nies weġgħu fil-Festival ta’ San Fermin f’Pamplona, Spanja, ilbieraħ. Għexieren ta’ barrin u għoġġiela ġrew ġol-belt, b’ 2,000 parteċipanti jevitaw il-furja tagħhom. Il-bhejjem li ħadu sehem fis-sitt ġirja tal-festival, li kull ma damet 2 minuti u 16-il sekonda, kienu tar-razzett ta’ Victoriano de Rio.

Il-ġirja finali fil-festival ta’ dis-sena, li hija magħrufa għall-ġirjiet fit-toroq mserrpa tal-belt kmieni filgħodu, se ssir il-Ġimgħa filgħodu u ssegwi bil-ġirja tal-barrin waranofsinhar.