Lokali

In-Nazzjon: 13.07.2017

Il-ġurnal In-Nazzjon jagħti prominenza fl-ewwel paġna l-liġi li għadda l-Parlament dwar ugwaljanza fiż-żwieġ li permezz tagħha issa jista’ jsir żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Ir-ritratt juri ċ-ċelebrazzjoni li saret ilbieraħ fi Pjazza Kastilja, fil-Belt, wara li kienet approvata fil-Parlament, bil-Gvern u l-Oppożizzjoni jivvutaw favur il-liġi.

Storja oħra ewlenija tittratta l-messaġġ li għamel l-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna fl-okkażjoni ta’ Jum il-Pulizija, fejn saħaq li l-Korp tal-Pulizija mhux qiegħed biex jaqdi xi partit politiku imma biex jaqdi ċ-ċittadini kollha.

Stejjer oħra jittrattaw iċ-ċaqliq tal-Gvern fiċ-Chairpersons, bl-Air Malta tiġi f’data f’idejn l-eks-Deputat Mexxej Laburista Charles Mangion, u Maria Micallef, li kienet Chairperson tal-Air Malta tingħata t-tmexxija tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt.

In-Nazzjon ikompli jsegwi wkoll l-iżviluppi li qed iseħħu fil-qasam tat-telekomunikazzjonijiet u jippubblika r-reazzjoni tal-GO u tal-Melita dwar l-investigazzjonijiet li qed tagħmel l-MCCAA dwar l-akkwist ta’ Vodafone minn Melita.

Fil-paġni tal-opinjonijiet illum hemm l-analiżi ta’ Antonello Cuschieri u Angelo Micallef.