Futbol Sport

Rooney jsib ix-xibka fid-debutt tiegħu ma’ Everton

Rooney skurja fir-ritorn tiegħu ma' Everton

L-attakkant il-ġdid ta’ Everton Wayne Rooney sab ix-xibka fl-ewwel logħba tiegħu mal-klabb li għadu kemm iffirma miegħu. Hu skurja gowl mill-isbaħ minn barra l-kaxxa.

Ġimgħa ilu Rooney ffirma kuntratt ta’ sentejn biex irritorna mal-klabb li lagħab miegħu meta kien żgħir, u li għamel id-debutt fil-Premier League meta kien għad kellu biss 16-il sena.

Rooney skurja f’partita ta’ ħbiberija kontra t-tim ta’ Gora Mahia tal-Kenja.

Issa la darba ħalla lil Man Utd, Rooney se jkun qed jittama li jilgħab b’aktar mod regolari ma’ Everton biex anke jikseb postu lura mat-tim nazzjonali Ingliż li sena oħra mistenni jikkompeti fit-Tazza tad-Dinja li se ssir fir-Russja.

F’partita oħra l-akkwist il-ġdid ta’ Arsenal Alexandre Lacazette skurja fid-debutt tiegħu mal-Gunners f’logħba ta’ ħbiberija kontra Sydney FC.