Lokali

Suċċess għar-raba’ edizzjoni tal-Fiera l-Kbira

Għar-raba’ sena konsekuttiva, qed issir il-Fiera l-Kbira ġewwa Montekristo Estate. Il-Fiera bdiet fis-6 ta’ Lulju u ser tispiċċa l-Ħadd fis-16 tal-istess xahar. Il-fiera toffri għażla vasta ta’ prodotti u servizzi.

Fl-ewwel ġurnata ta’ din il-fiera, tħabbar li sar rekord tal-ammont ta’ nies li marru mis-snin ta’ qabel, b’żieda ta’ 20%  fl-ammont ta’ viżitaturi.

Wieħed mid-diretturi tal-Fiera l-Kbira, Paul Abela qal kif bħas-snin ta’ qabel il-Fiera l-Kbira hi wahda li tappella għall-familja kollha.

Għal din il-fiera, huwa offrut parkeġġ u servizz b’xejn ta’ park and ride. Il-fiera hija miftuħa kuljum sal-Ħadd bejn is-sitta u l-ħdax ta’ filgħaxija.