Il-Brażiljan Douglas Costa ħalla lil Bayern Munich biex ingħaqad ma’ Juventus.
Fil-ftehim milħuq bejn Bayern Munich u Juventus, Douglas Costa kien misluf għal staġun wieħed ma’ Juventus għas-somma ta’ 6 miljun ewro, u wara l-istaġun li ġej, Juventus għandhom il-possibilita’ li jakkwistaw lil dan il-plejer għas-somma ta’ 40 miljun ewro.
Fl-ewwel kummenti tiegħu Douglas Costa qal li jinsab ferm ferħan li ngħaqad ma’ dan il-klabb glorjuż u bi storja kbira.
Hu xtaq jirringrazzja lid-diriġenti ta’ Juventus li tawh din il-possibilita’ u wiegħed li se jagħti kollox għal dan il-klabb fl-istaġun li ġej.
Januzaj ma’ Real Sociedad
Il-playmaker ta’ Manchester Utd Adnan Januzaj ħalla lir-Red Devils u ingħaqad ma’ Real Sociedad.
It-tim Spanjol ħallas is-somma taż 11-il miljun ewro għal dan il-plejer li għad għandu 22 sena.
Hu ffirma kuntratt ta’ ħames snin wara li fl-istaġun li għadda kien misluf lil Sunderland.
Fis-snin li Januzaj ilu jilgħab ma’ Man Utd ma tantx lagħab b’mod regolari u fl-2015 kien anke misluf lil Borussia Dortmund.
//= $special ?>