Internazzjonali Saħħa

Ambulanza roża għan-nisa biss f’Dubai

Proġett pilota mill-awtoritajiet f’Dubai se ssarraf f’ambulanza roża ddedikata speċifikament għan-nisa li jkollhom emerġenza medika, b’ xufier u 2 tobba nisa allokati għalihom ukoll. Dan il-pass ittieħed biex in-nisa ma jkollhomx għalfejn iħossuhom skomdi fil-preżenza ta’ tobba irġiel waqt emerġenza.

Għalissa, dan il-proġett pilota qed isir fid-distrett ta’ Deira iżda taf tinfirex jekk l-inizjattiva tilħaq l-għan tagħha. F’ Dubai, għaxar snin ilu, saret inizzjattiva simili fil-qasam tat-taxis li kull ma tmur iżżid fil-popolarità.