Lokali

Bdiet il-maratona Oħloq Tbissima

Maratona ta' 60 siegħa

Fetħet uffiċjalment il-Maratona Oħloq Tbissima. Maratona ta’ 60 siegħa b’risq is-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl l-MSSP u li inawgurata l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca.

Din hi maratona li l-iskop taghha hu li bil-flus migbura jkunu mghejuna dawk l-aktar fil-bzonn fil-Peru, fil-Pakistan u anke fil-Filippini. Parti mill-flus migbura jmorru anke b’risq Dar San Guzepp, ta’ Santa Venera. Din id-dar tilqa’ 15-il resident ta’ etajiet differenti.

Il-President qalet li din il-maratona turi kif bħala poplu kapaċi nkunu solidali ma’ persuni fil-bżonn u li jgħixu f’pajjiżi ‘l bogħod ħafna minn tagħna bħall-Peru’.

Waqt il-ftuħ intwera’ anke filmat tal-ħidma li saret mis-Soċjeta’ Missjunarja ta’ San Pawl, tul dawn l-aħħar 50 sena. Filmat li filwaqt li juri l-faqar li hemm juri anke s-sempliċita’ tal-peruvjani li minkejja kollox jirnexxielhom isibu l-kuntentizza.

Waqt il-maratona li tibqa’ sejra sal-Ħadd se jkunu qed jinġabru flus apposta permezz ta’ pledge line, li bihom se jkomplu jinbnew aktar kmamar biex joqoghodu l-familji fihom. Fil-Peru l-MSSP, għandha social workers li jaraw il-bżonnijiet urġenti ta’ kull familja x’inhuma u minn hemm jassenjaw dawn il-kmamar li ħafna drabi joqogħdu fihom mat-tmien persuni.

Il-Maratona ohloq tbissima ser tixxandar fuq l-istazzjonijiet tat-televizjoni lokali.