Ingliż ta’ 35 sena lbieraħ filgħaxija weġġa’ gravi meta waqa’ t-taraġ f’lukanda fi Triq il-Marfa fil-Mellieħa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10pm.
Fil-post, il-Pulizija sabu li l-Ingliż kien nieżel it-taraġ tal-lukanda meta għal xi raġuni, hu waqa’ t-taraġ.
Issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel qabel ma dan ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Hemm hu kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti gravi. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>