Kevin Cutajar u Helga Ellul tefgħu n-nomina tagħhom għall-elezzjoni każwali biex jiġi elett kandidat minflok Therese Comodini Cachia bħala Membru Parlamentari Ewropew.
Issa hemm sitt kandidati f’isem il-Partit Nazzjonalista li tefgħu n-nomina tagħhom, dawn huma: Ray Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul Johnathan Shaw, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.
Therese Comodini Cachia ħalliet il-kariga tagħha bħala Membru Parlamentari fl-Unjoni Ewropea wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-aħħar elezzjoni ġenerali tal-2017 fuq it-Tmien Distrett.
L-elezzjoni każwali biex jiġi elett l-Ewroparlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista se ssir nhar it-Tlieta.
//= $special ?>