Futbol Sport

Milan jilħqu ftehim ma’ Juventus għat-trasferiment ta’ Bonucci

Leonardo Bonucci rebaħ sitt kampjonati ma' Juventus

Tard ilbieraħ filgħaxija, Milan laħqu ftehim maċ-Champions Taljani għat-trasferiment tad-difensur internazzjonali Taljan Leonardo Bonucci. Il-plejer flimkien mal-aġent Lucci huma mistennija li madwar siegħa oħra jkunu f’Casa Milan.

Ir-Rossoneri se jkunu qed jakkwistaw lil Bonucci għas-somma ta’ €40 miljun u hu mistenni li jiffirma kuntratt sa tmiem l-2022. Hu mistenni li Bonucci se jkollu salarju ta’ €6.5 miljuni. Spekulazzjoni fil-media Taljana kienu qed jgħidu li fit-trasferiment seta’ jidħol id-difensur Taljan Mattia De Sciglio, iżda dan mistenni jkun trasferiment separat.

Bonucci ma’ Juventus kellu karriera mimlija suċċessi fejn fosthom rebaħ sitt kampjonati.