Lokali

In-Nazzjon 14.07.2017

L-istorja ewlenija fl-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon tittratta dak li għaddej minn wara l-kwinti fil-kampanja tal-elezzjoni għal Deputat Mexxej Laburista li qed issir bħalissa u li tagħlaq illejla. F’analiżi dwar il-kampanja li għamel il-Ministru Edward Scicluna, u minn dak li qal hu stess lid-delegati tal-Partit, inkixef kif għal żmien twil hu kien f’konflitt ta’ interess bejn karigi pubbliċi u r-rwol tiegħu ta’ konsulent ta’ mexxejja Laburisti suċċessivi.

Ir-ritratt kbir fl-ewwel faċċata juri l-proġett ta’ SmartCity bit-titlu jikkwota  l-pożizzjoni tal-Malta Developers Association li ssostni li l-bidliet fil-master plan ta’ SmartCity huma radikalment differenti u se jbiddlu l-proġett f’real estate.

Stejjer oħrajn fil-ġurnal jittrattaw il-ħelsien mill-arrest ta’ xufier tat-taxi li tressaq il-Qorti akkużat li tajjar u kkaġuna l-mewt ta’ tfajla Rumena, ir-reazzjoni tal-imsieħba soċjali għad-deċiżjonijiet li ttieħdu mill-bord il-ġdid tal-Air Malta, rapporti b’rabta mad-dibattiti li saru din il-ġimgħa fil-Parlament, u d-dikjarazzjoni tal-Isqfijiet Maltin dwar il-liġi li għadda l-Parlament dwar żwieġ bejn persuni tal-istess sess.

Fil-paġni tal-opinjonijiet hemm l-analiżi ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa ta’ Joe Zahra, u r-riflessjoni ta’ Fr Mario Attard.