Sport Sport Ieħor

Neville Ciantar se jikkompeti f’Wales

It-tim ta' Nusu Offroad Racing Team

Fi tmiem il-Ġimgħa, l-attenzjoni tinsab kollha fuq Neville Ciantar u t-tim tiegħu Nusu Offroad Racing Team li għal darba oħra jinsabu f’Wales biex jipparteċipa fil-King of Wales. Din hi tappa tal-kampjonat Ewropew Ultra 4 Europe, kampjonat ta’ off-road estrem. In-Nusu Offroad Racing Team u b’mod speċjali s-sewwieq Neville Ciantar għandhom esperjenza kbira f’dan l-isport u fil-passat ġabu riżultati sbieħ ħafna għalihom infushom u għal pajjiżna.

Fl-istess ħin, il-preparazzjonijiet għaddejjin ġmielhom fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far fejn l-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing qegħda tipprepara għat-tielet rawnd tal-kampjonat tal-kwart ta’ mil.

Bħal kull sena minħabba s-sħana, ir-rawnd ta’ Lulju jsir matul il-lejl u allura joħloq spettaklu differenti mit-tliet rawnds l-oħra. Għal dan ir-rawnd, se jerġa’ jkun hawn numru ta’ karozzi u sewwieqa barranin. L-avveniment bl-isem Flames of Fire se jsir bejn il-Ħamis 20 ta’ Lulju u s-Sibt 22 ta’ Lulju mis-6.00pm ta’ filgħaxija ‘l quddiem.