Il-kumpanija EcoPure tavża li l-problema teknika li affetwat waħda mill-magni li jimlew l-ilma ġiet riżolta u l-fliexken tal-ilma tat-18.9 litri u tal-10 litri jinsabu lura fis-suq b’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa. Il-fliexken jinsabu għall-bejgħ b’effett immedjat filwaqt li s-servizz ta’ distribuzzjoni jerġa’ lura għan-normal sa nhar it-Tnejn.
Fi stqarrija, il-kumpanija skużat ruħha għal kull inkonvenjent li seta’ nqala’ u rringrazzjat lill-klijenti għall-appoġġ kontinwu tagħhom. Kulmin jixtieq informazzjoni jista’ jċempel fuq in-numri 80074422 jew 23814411 waqt il-ħinijiet tal-uffiċċju.
//= $special ?>


