Taljana ta’ 36 sena residenti n-Nadur sofriet feriti serji wara li waqgħet minn għoli ta’ madwar tmien filati f’residenza privata fin-Nadur Għawdex stess.
Il-każ seħħ matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tan-12.30am, fi Triq Girgor Buttigieg. Hemm issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.
Wara li ngħatat l-ewwel għajnuna fil-post, hi ttieħdet l-Isptar għall-kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti serji.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Joanne Vella Cuschieri, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>