Il-Pulizija qed tinvestiga l-qtil ta’ tlett iklieb. Huma nstabu mejta kmieni dalgħodu f’garaxx f’Ħal Għaxaq minn sidhom stess. Sid il-klieb kiteb fuq facebook li xi ħadd daħal fil-garaxx fejn jinżammu dawn il-klieb u qatilhom b’tiri ta’ arma tan-nar.
Dwar dan il-każ infetħet anke inkjesta maġisterjali li qed titmexxa minn Anthony Vella filwaqt li l-Pulizija qed tinvestiga flimkien mad-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali. Fuq Facebook sid il-klieb, li jisimhom Maya Bobby u Triksie, kiteb li min għandu xi ħaġa kontrih u kontra l-familja tiegħu kellu jaffaċċja lilhom u mhux joqtol animmali innoċenti.
S’issa mhux magħruf minn seta’ wettaq dan il-qtil ta’ dawn l-annimali li qed ikun deskritt bħala wieħed barbaru. Min jinstab ħati jista’ jeħel sa tlett snin habs u jħallas multa ta’ madwar €50,000
Fuq il-media soċjali huma mijiet dawk li qed jikkundannaw il-qtil ta’ dawn it-tlett iklieb.
//= $special ?>