Rapporti minn Londra jgħidu li żewġ persuni fuq mutur attakkaw ħames persuni bl-aċtu fi nħawi differenti fl-istess belt f’temp ta’ siegħa u nofs.
Vittma minnhom spiċċa bi ġrieħi gravi bl-aċtu mixħut fuqu fil-lvant tal-kapital Ingliża. Iktar tard, żagħżugħ, miż-żewġ irġiel suspettati, ġie arrestat talli xeħet aċtu tossiku fuq wiċċ il-vittma u seraqlu l-vettura.
Il-Pulizija fi stqarrija qalet li kemm l-inkjesta kif ukoll l-investigazzjonijiet mill-uffiċjali tas-CID ta’ Hackney għadhom qed jiżvolġu.
//= $special ?>