Futbol Sport

FILMAT: Ara l-proġetti li għandha l-MFA għas-snin li ġejjin

Dehra artistika ta' wieħed mill-proġetti li għandha fil-ħsieb tagħha l-MFA

Aktar kmieni llum waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA, il-President Norman Darmanin Demajo żvela l-ħames proġetti li jinsabu fil-ħsieb tal-MFA biex jitwettqu fis-snin li ġejjin.

L-ewwel proġett hu l-bini tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport dedikata biss għall-futbol.

It-tieni proġett hu l-bini ta’ stand għall-ispettaturi fit-training grounds tal-MFA.

It-tielet proġett hu l-bini ta’ hall tal-futsal flimkien ma’ parkeġġ taħt l-art.

Ir-raba’ proġett hu l-iżvilupp tan-North Stand.

Il-ħames proġett hu l-iżvilupp tas-South Stand.