Ħadd ma’ weġġa’ meta karozza tat-tip Toyota misjuqa minn tfajla tilfet il-kontroll, telgħet fuq bankina, qabżet il-ħaxix u għoliet żewġ filati fi Triq Nazzjonali, qrib Bieb il-Bombi fil-Floriana.
Persuni li kienu għaddejin mit-triq niżlu biex jassistu s-sewwieqa u ppruvaw iniżlu l-karozza li ġarbet ħsarat konsiderevoli.