Tard is-Sibt filgħaxija t-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt id-19-il sena rebaħ il-Kampjonat Ewropew meta fil-finali għeleb lill-Portugall bi skor ta’ 2-1.
Dan is-suċċess ikompli jżid mas-suċċess li kisbu l-Ingliżi matul dan is-sajf hekk kif ix-xahar li għadda l-Ingilterra rebħet anke t-Tazza tad-Dinja ta’ taħt l-20 sena fil-Korea t’Isfel meta dakinhar fil-finali għeleb lill-Venezwela 1-0.
Din id-darba l-Ingliżi rebħu 2-1 kontra l-Portugall. Easah Suliman poġġa lill-Ingliżi fil-vantaġġ ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima imma l-Portugall ġabu d-draw b’awto-gowl ta’ Dujon Sterling. Eventwalment kien l-attakkant ta’ Man City Lukas Nmecha li skurja l-gowl deċiżiv.
Dan hu suċċess kbir għat-tim immexxi mill-kowċ Keith Downing. L-aħħar darba li l-Ingilterra kienet rebħet dan il-kampjonat kien 24 sena ilu.
//= $special ?>