Mietu talanqas tliet persuni b’riżultat ta’ nirien kbar li ħakmu blokk kbir ta’ appartamenti fil-belt ta’ Honolulu, fil-Hawaii.
L-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Amerikan jaħsbu li jista’ hemm ħafna aktar vittmi fil-bini li jinsab tefa’ ta’ ġebla biss ‘il bogħod mill-bajjiet famużi tal-Hawaii. Dan meta d-dħaħen damu sigħat sħaħ ħerġin minn parti tal-kumpless li hu twil 36 sular.
L-aħħar rapporti qalu li numru ta’ persuni sfaw midruba min-nirien, bis-servizzi għall-emerġenza qegħdin ifittxu għal residenti tal-blokk li huma rappurtati nieqsa.
//= $special ?>