Il-Parlament fil-Polonja approva abbozz li jagħti poter lid-deputati parlamentari u lill-Ministru tal-Ġustizzja biex jaħtru imħallfin mingħajr ma jikkonsultaw lill-entitajiet ġudizzjarji.
Il-partiti fl-Oppożizzjoni u l-gruppi favur id-drittijiet umani, intant, jinsistu li pass bħal dan għandu jnaqqar sew mill-indipendenza tal-ġudikatura. Dan meta, għada, mistennija ssir dimostrazzjoni kontra l-bidliet imminenti fil-kapitali, Varsavja.
Mindu kiseb il-poter fl-2015, il-Gvern Pollakk immexxi mill-Partit għal-Liġi u Ġustizzja ( konservattiv) għadda sensiela ta’ riformi kontroversjali li qanqlu l-protesti tal-massa.
Intant, il-Partit fil-Gvern qed jgħid li r-riformi fir-rigward tal-imħallfin huma meħtieġa ‘minħabba li l-ġudikatura fil-Polonja hi waħda korrotta li sservi biss lill-elit’.
L-abbozz jeħtieġ ikun iffirmat mill-President Pollakk, Andrzej Duda biex jgħaddi bħala liġi u l-President ma jidhirx li hu dispost biex, f’dan il-każ, jeżerċita d-dritt tal-veto.
//= $special ?>