Raġel ta’ 46 sena mil-Latvja ġie kkundannat sitt xhur ħabs u multa ta’ €13,082 wara li l-Ġimgħa, hekk kif wasal Malta b’titjira mit-Turkija, ma ddikjarax mad-Dwana li kellu 120 pakkett b’total ta’ 24,000 sigarett.
Jirriżulta li hekk kif wasal Malta u ġabar il-bagalja, il-Latvjan ipprova joħroġ mill-ajruport mis-sezzjoni tal-passiġġieri li ma għandhom xejn x’jiddikjaraw u kien hawn li twaqqaf mill-uffiċjali tad-Dwana.
Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.
//= $special ?>

