Il-Kap tal-grupp ISIS fl-Afganistan, Abu Sayed, inqatel waqt rejd fuq il-kwartieri-ġenerali tal-moviment terroristiku, fil-provinċja Afgana ta’ Kunar.
L-Istati Uniti – permezz ta’ stqarrija mill-Pentagon — qalet li r-rejd inkwistjoni, li seħħ fil-11 ta’ Lulju, irriżulta wkoll fil-qtil ta’ ‘membri ewlenin oħra tal-ISIS’ fl-Afganistan. Dan bħala parti minn azzjoni intiża biex tkisser il-pjan tal-ISIS biex jespandi l-operat tiegħu fil-pajjiż inkwistjoni.
Intant, kelliema għall-ISIS ma kkonfermawx ir-rapport dwar il-qtil ta’ Abu Sayed, li ntgħażel biex imexxi dik il-faxxa tal-ISIS fl-Afganistan wara li l-qawwiet tal-Istati Uniti u tal-Gvern Afgan kienu qatlu liż-żewġ mexxejja preċedenti tal-grupp terroristiku waqt azzjonijiet separati li seħħew fl-2016 u aktar kmieni din is-sena.
Il-grupp tal-ISIS fl-Afganistan qed jiffaċċja wkoll oppożizzjoni armata min-naħa tal-moviment tal-militanti Iżlamiċi tat-Taliban li hu aktar b’saħħtu f’dan il-pajjiż. Fl-istess ħin, l-ISIS sabha diffiċli ħafna biex iżid l-appoġġ jew l-ammont tat-territorju li qiegħed jokkupa fl-Afganistan.
//= $special ?>