Il-Ministeru tal-Intern Eġizzjan għadu għaddej bl-investigazzjonijiet dwar il-qtil, fil-lejl tal-Ġimgħa, ta’ żewġ turisti Ġermaniżi li qalgħu daqqiet ta’ sikkina fatali meta huma kienu fuq bajja qrib ta’ lukanda fir-resort popolari ta’ Hurghada , maġenb il-Baħar l-Aħmar.
Intant, l-awtoritajiet qegħdin iżommu raġel taħt arrest, b’dan qiegħed jgħin l-istħarriġ tal-pulizija. Dan wara li rriżultaw ukoll diversi midruba waqt inċidenti sussegwenti ‘marbuta mal-istess suspettat’ u meta l-iskop tar-raġel ma kienx magħruf.
L-aggressur spiċċa joqtol żewġ nisa Ġermaniżi qabel darab lil żewġ turisti oħra fl-inħawi tal-Lukanda Zahabia. Hu, imbagħad, għam lejn bajja oħra fil-viċin fejn attakka lil żewġ persuni ġo resort u li spiċċaw feruti. Intant, l-aggressur spiċċa megħlub mill-ħaddiema ta’ dak il-kumpless li rażżnuh sakemm waslu fuq il-post il-pulizija.
Il-midruba — żewġ Ċeki u żewġ Armeni — kellhom jiddaħħlu l-isptar għall-kura.
Filwaqt li t-terroriżmu ma ssemmiex bħala raġuni uffiċjali għall-attakki, xi sorsi fl-Eġittu qalu li s-suspettat kien qed ifittex ‘speċifikament lill-barranin biex jattakkahom’ u ma deherx li kellu ħsieb li jaġixxi bl-istess mod fil-konfront tal-Eġizzjani.
//= $special ?>