Lokali

FILMAT: Jittella’ katavru mill-baħar fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni

Ftit tal-ħin ilu katavru, x’aktarx ta’ raġel, iddaħħal fil-bażi navali tal-Forzi Armati ta’ Malta f’Xatt it-Tiben.

Il-Katavru instab 18-il mil nawtiku ‘l barra minn Tigne minn xi sajjieda li hekk kif lemħu l-katavru, resqu qrib tiegħu u talbu għall-assistenza.

Il-Katavru jinsab fi stat qawwi ta’ dekompożizzjoni u hekk kif iddaħħal l-art, issejħu l-Pulizija kid ukoll l-esperti, Inħatret ukoll inkjesta mmexxija mill-maġistrat Doreen Clarke.

Wara li saru l-investigazzjonijiet neċessarji l-katavru ttieħed fil-kamra mortwarja.