In-Nazzjon jagħti prominenza r-rikors li ppreżenta l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil fil-qorti biex tinfetaħ inkjesta kriminali dwar iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi wara s-sena li għaddiet inqabdu b’kumpanija fil-Panama biex fiha jpoġġi b’miljun ewro fis-sena f’commissions.
Ir-ritratt fl-ewwel faċċata juri l-atmosfera fil-maratona Oħloq Tbissima b’risq is-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl u l-missjonijiet tal-Patrijiet Maltin lil hinn minn xtutna.
Stejjer oħra jinkludu aktar reazzjonijiet għal bini ta’ numru kbir ta’ appartamenti fi Smart City, ir-riżultati tas-SEC u tal-MATSEC li fihom terz biss tal-istudenti għaddew għall-università u kif id-domanda tad-droga kokaina qed tikber.
Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu analiżi ta’ Joseph Camilleri dwar it-tagħlim tar-reliġjon u r-riflessjonijiet ta’ Fr. Reno Muscat u Fr. Norbert Ellul Vincenti.
Bħal kull nhar tas-Sibt fl-aħħar paġna nsibu l-kummentarju ta’ Victor Camilleri, eks-Editur ta’ In-Nazzjon u il-mument.
//= $special ?>