Is-sewwieq tal-Mercedes Lewis Hamilton kiseb il-pole positon għall-Grand Prix tar-Renju Unit li se jsir Il-Ħadd. Din hi l-ħames darba li Hamilton se jkun qed jibda mill-Pole Position ta’ dan il-Grand Prix li jsir f’pajjiżu.
Mit-tieni post se jibda Kimi Raikkonen tal-Ferrari u mit-tielet post se jibda s-sewwieq l-ieħor tal-Ferrari Sebastian Vettel.
Ta’ min jinnota li minkejja li rreġistra r-raba’ l-aħjar ħin Bottas se jkollu jibda mid-disa’ post.
Dan għaliex hu ingħata penalità minħabba l-istess raġuni li ngħata penalità sieħbu Lewis Hamilton ġimgħa ilu waqt il-Grand Prix tal-Awstrija.
Kull tim jista’ jibda il-gearbox wara sitt events imma kemm Hamilton kif ukoll Bottas din il-ġimgħa bidlu l-gearbox wara ħames events u riżultat ta’ dan kisru r-regoli.
Bottas, li matul il-ġimgħa qal li jħossu bħala wieħed mill-isfidanti ewlenin għar-rebħ tat-titlu se jkun qed ifittex li jikseb it-tielet rebħa tal-istaġun u t-tieni waħda konsekuttiva wara li ġimgħa ilu spiċċa l-ewwel fil-Grand Prix tal-Awstrija.
L-istess penalità rċivieha Daniel Ricciardo tar-Red Bull minħabba l-istess raġuni.
//= $special ?>