Lokali

Sitt kandidati fl-elezzjoni każwali għas-siġġu fil-PE

Wara li ghalqu n-nominazzjonijiet għall-elezzjoni każwali biex jimtela s-siġġu fil-Parlament Ewropew ta’ Therese Commodini Cachia, issa l-kandidati li se jkunu qed jikkontestaw din l-elezzjoni każwali huma sitta.

Therese Commodini Cachia irriżenjat minn Membru tal-Parlament Ewropew wara li ġiet eletta fil-Parlament Malti fl-elezzjoni ġenerali tat-3 ta’ Ġunju.

Il-kandidati għall-elezzjoni każwali se jkunu Ray Bugeja, Kevin Cutajar, Helga Ellul, Jonathan Shaw, Norman Vella u Francis Zammit Dimech.

Il-Kummissjoni Elettorali fi stqarrija qalet li l-għadd tal-voti tal-elezzjoni każwali se jsir nhar it-Tlieta fiċ-Ċentru tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxar.

Il-Membru Parlamentari Ewropew elett se jkun jista’ jservi sal-elezzjonijiet l jmiss tal-Parlament Ewropew fl-2019.