Lokali

Anzjana tmut waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tal-Mistra

Anzjana ta’ 61 mietet wara li kmieni llum waranofsinhar sabet ruħha f’diffikulta’ waqt li kienet qed tgħum fil-bajja tal-Mistra.

Jirriżulta li għall-ħabta tat-3:30p.m. l-anzjana, mill-Mellieħa, ntlemħet wiċċha ‘l isfel fil-bajja tal-Mistra u minnufih intalbet l-għajnuna.

Fuq il-post marru membri tal-Organizzazzjoni tas-Salib l-Aħmar li tellgħu l-anzjana mill-baħar u bdew jagħtuha l-ewwel għajnuna.

L-anzjana kienet iddikjarata mejta fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.