Fuq Facebook, il-paġna ta’ St. John Ambulance (Malta) avżat li fuq il-mezzi soċjali qed idur avviż falz dwar xi bajjiet li fihom ma jistax isir għawm.
Fuq il-media soċjali kien qed idur avviż, allegatament mingħand St. John Ambulance, li l-pubbliku m’għandux jgħum f’numru ta’ bajjiet, fosthom Golden Bay, Għajn Tuffieħa, Fond Għadir (Sliema) u Perched Beach (Buġibba), minħabba l-mewġ qawwi u l-kundizzjonijiet tal-baħar.
Iżda dalgħodu, fuq il-paġna ta’ St. John Ambulance ġie ppubblikat avviż li jgħid li dan il-messaġġ huwa falz u li ma ħareġ l-ebda avviż f’dan is-sens.
Aktar tard, il-Malta Red Cross żiedu jgħidu li l-pubbliku għandu dejjem joqgħod attent għas-sinjali u l-kuluri tal-bnadar fuq il-bajjiet. Meta bajja ttella’ bandiera ħamra doppja, l-għawwiema għandhom joqgħodu lura milli jgħumu f’dik il-bajja.
Madanakollu, bħalissa, m’hemm l-ebda bajja li hija mmarkata b’bandiera ħamra doppja.
//= $special ?>


