San Ġiljan Tum Invest komplew jersqu lejn l-għaxar kampjonat fl-istorja tagħhom b’rebħa ta’ 13-7 fuq Exiles Jetfreight biex kisbu d-disa’ rebħa minn disa’ logħbiet u jinsabu 12-il punt fuq Neptunes u Sliema b’sitt logħbiet għal tmiem il-kampjonat.
Ebda sorpriża fl-andament tal-logħba, b’San Ġiljan jiddettaw minn kmieni u wara li kisbu vantaġġ tajjeb fl-ewwel sessjoni, kellhom il-fakultà li jikkontrollaw, b’Exiles jippruvaw iżommu d-distakk baxx u saħansitra kienu resqu qrib b’distakk ta’ żewġ gowls fit-tieni sessjoni, iżda l-Ġiljaniżi reġgħu żiedu r-ritmu u assiguraw ir-rebħa fit-tielet sessjoni.
Dino Zammit, Aleksandar Ivovic u doppjetta ta’ Ben Plumpton taw vantaġġ ta’ erba’ gowls fl-ewwel sessjoni lil San Ġiljan. Nikic skorja l-ewwel gowl ta’ Exiles fit-tieni sessjoni, iżda San Ġiljan għamluhom 6-1 minn Peter Borg u Dino Zammit, sakemm Timmy Sullivan u Nicky Paris naqsu d-distakk għal tliet gowls biex żammew il-partita miftuħa.
Exiles irnexxielhom jaslu sa żewġ gowls bogħod u kellhom ċans li jnaqqsu d-distakk, iżda fl-attakk sussegwenti San Ġiljan skorjaw minn Andreas Galea, biex minn hemm żiedu tliet gowls oħra u għalqu t-tielet sessjoni 10-5.
Il-kowċ Ġiljaniż kompla jdawwar it-tim, iżda s-saħħa tat-tim baqgħet hemm, bl-aħħar sessjoni sservi ta’ formalità iżda San Ġiljan baqgħu jiskorjaw biex spiċċaw il-partita b’distakk ta’ sitt gowls.
San Ġiljan: J. Tanti, P. Borg (1), A. Galea (1), B. Grech (1), J. Galea, M. Zammit, B. Plumpton (4), Da. Zammit, A. Ivovic (2), A. Cousin (1), P. Fava, Di. Zammit (3), T. Micallef
Exiles: M. Castillo, J. Rizzo Naudi, D. Borg Millo, M. Stellini (1), T. Sullivan (1), S. Xerri de Caro, S. Nikic (3), K. Griscti, N. Paris (2), A. Bianchi, B. Lanzon, L. Felice, G. Ciappara
Referees: Carmelo Polimeni, Peter Balzan
//= $special ?>

