Lokali

AĠĠORNATA: Adrian Delia jitfa n-nomina għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista għaddej minn żmien ta’ tiġdid, naħseb li nista’ nkun strumentali biex il-PN jiġġedded mill-qiegħ u fid-direzzjoni t-tajba.

Kliem Adrian Delia, li qed jikkontesta l-kariga għal Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt konferenza tal-aħbarijiet quddiem id-Dar Ċentrali. Ftit qabel, hu tefa n-nomina tiegħu fl-Uffiċċju tas-Segretarju Ġenerali, liema nomina kellha 550 firma.

Adrian Delia qal li l-politika taffetwa il-ħajja ta’ kulħadd iżda f’livelli differenti ta’ parteċipazzjoni. Hu jqis il-fatt li ġej minn barra l-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista bħala wieħed pożittiv iktar milli żvantaġġ.

Hu elenka l-vizjoni tiegħu għall-ħidma politika, li għandu jkollha bħala għan ewlieni li l-politika tinbena min-nies

Adrian Delia qal li ma jemminx bil-politika tal-antagoniżmu iżda politika li toħloq opportunitajiet għall-ftit imma għal kulħadd.