Futbol Sport

Eks plejer ta’ Mosta … illum se jiffaċċja lil Jose Mourinho

Briggs kien plejer ta' Mosta
Briggs kien għen lil Mosta biex jirbħu l-promozzjoni għall-Premier fl-2011

L-assistant manager ta’ Real Salt Lake Mark Briggs illum se jiffaċċja l-isfida tat-tim ta’ Jose Mourinho. L-isem ta’ Briggs m’huwiex ġdid għax-xena lokali. Il-midfielder Ingliż qatta’ żmien jilgħab f’pajjiżna, tant illi fl-2011 kien għen lil Mosta jiksbu promozzjoni għall-BOV Premier fejn kien strumentalu fir-rebħa 2-0 fuq Melita.

Real Salt Lake illum jilgħabu partita ta’ ħbiberija kontra Manchester United bħala parti mill-pre-season illi r-Red Devils qed jagħmlu fl-Istati Uniti.

F’dan il-kontinent, Briggs diġa’ bena isem għalih innifsu bħala kowċ promettenti ta’ 35 sena. Apparti li hu assistant manager ta’ Salt Lake, hu wkoll kowċ ta’ tim ieħor – Real Monarchs – illi jisspulixxu plejers għall-istess Salt Lake.

Ma’ Monarchs, Mark Briggs diġa’ kiser diversi rekords fosthom bl-ammont ta’ logħob konsekuttiv illi t-tim tiegħu għandu mhux megħlub fil-United Soccer League.