Il-Gvern issa qed jaċċetta l-proposti tal-Oppożizzjoni li jagħmel ir-ristrutturar meħtieġ qabel imur biex isieħeb sieħeb strateġiku għall-Air Malta.
Dan irriżulta meta l-Ministru Konrad Mizzi kien qed iwieġeb mistoqsijiet parlamentari tal-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament Mario de Marco u d-deputat Nazzjonalista Claudio Grech.
Il-Ministru Mizzi tkellem dwar il-ħaddiema tal-Air Malta u qal George Abela qed imexxi d-diskussjonijiet mal-erba’ unions tal-ħaddiema fl-Air Malta li se jitkomplew il-ġimgħa d-dieħla bl-iskop li jintlaħaq ftehim sal-2020.
Il-Ministru Mizzi qal li l-gvern mhux se jbigħ slots, speċjalment dawk ta’ Heathrow u Gatwick. Hu qal li l-Air Malta qed tirrevdi l-buisness plan tagħha, li hu maqsum f’żewġ setturi. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkun finalizzat buisness plan u l-gvern se jippubblika ċertu aspetti minnu.
Dwar il-pjan li kien approvat mal-Kummissjoni Ewropea, il-Ministru Mizzi qal li l-buisness plan qed ikun analizzat fejn l-Air Malta se se tkun qed iżżid il-mod kif topera. L-Air Malta se tkun qed topera b’mod stabbli, sostna l-Ministru Mizzi.
Mistoqsi dwar il-ħaddiema, il-Ministru Mizzi qal li l-Gvern qatt ma qal li se jnaqqas il-ħaddiema għalkemm kien hemm proposti għal skemi ta’ irtirar kmieni. Il-Ministru qal li l-accounts tal-Air Maalta għall-2015/16 li se jkunu pubbliċi hekk kif dawn jitlestew.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech ikkummenta li normlament dawn ikunu pubblikati f’Ottubru 2016 u b’mod statutorju l-accounts suppost li ilhom ippubblikati.
Il-Ministru Mizzi qal li m’hemmx problema mal-awdituri tal-Air Malta biex dawn ikunu iffirmati u sostna li l-mod kif operat l-Air Malta tjieb ħafna.
Għal mistqosija dwar il-miri, il-Ministru Mizzi qal li l-Air Malta qed tilħaq il-miri stabbilti fosthom minħabba li l-prezz tal-fuel tbaxxa, bejgħ ikbar, użu ta’ seats iktar u l-iffinalizzar tal-business plan. Deċiżjoni fundamentali se tkun jekk l-Air Malta hux se żżid ajurplan ieħor s-sena d-dieħla.
//= $special ?>