Sa mill-aħħar laqgħa fl-2015 u wara ġimgħat ta’ tensjoni li eskalat bil-prova ta’ missila ballistika ta’ Pyongyang, il-Korea t’Isfel ipproponiet li jinżammu taħditiet militari mal-Korea ta’ Fuq fil-21 ta’ Lulju li ġej bil-għan li s-sekli ta’ tensjoni militari bejn iż-żewġ Korei tintemm darba għal dejjem. Għalkemm il-Korea ta’ Fuq għadha ma wiġbitx għas-sejħa, il-President tal-Korea t’Isfel, Moon Jae-in, kien ilu żmien jipponta biex jinżamm kuntatt viċin mal-pajjiż ġar tiegħu.
F’diskors riċenti f’Berlin, Moon Jae-in saħaq li d-djalogu huwa kruċjali sabiex jintemm il-programm ta’ armamenti nukleari ta’ Pyongyang, li hu ksur tar-reżoluzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, u talab sabiex jiġi ffirmat trattat ta’ paċi.
Il-Ministru tal-Unifikazzjoni tal-Korea t’Isfel, Cho Myoung-gyon, talab ukoll li jerġgħu jiġu nstallati l-linji ta’ telekomunikazzjoni bejn iż-żewġ Korei li kienu nqatgħu fl-aħħar test nukleari tal-Korea ta’ Fuq.
//= $special ?>