Internazzjonali

Il-poplu tal-Venezuela jivvota f’referendum mhux uffiċjali

Grupp ta’ motoċiklisti fetħu n-nar, qatlu lil infermiera u darbu 3 minn nies oħra waqt li kienu qed jistennew biex jivvutaw fil-kapitali Caracas.

Dan ġara waqt li aktar minn 7 miljun ċittadin ivvutaw f’referendum organizzat mill-oppożizzjoni tal-Venezuela bħala eżerċizzju biex juru sfiduċja fil-President Nicolas Maduro. Ir-riżultat, għalkemm m’ għandux bażi legali, wassal messaġġ ċar biex isiru bidliet kostituzzjonali hekk kif proposti mill-oppożizzjoni tal-Gvern Soċjalista tal-pajjiż.

L-oppożizzjoni weħlet fi skwadra ta’ paramilitari għall-isparatura. F’każ separat, il-ġurnalist Luis Oplavarrieta ġie maħtuf, misruq u msawwat minn grupp ta’ aggressuri iżda b’xorti tajba rnexxielu jaħrab. Aktar minn 100 persuna mietu f’kunflitti u protesti madwar il-pajjiż sa minn April li għadda.

98% tal-elettorat tal-Venzwela vvutaw favur id-difiża tal-kostituzzjoni u għas-sejħa ta’ elezzjoni bikrija iżda kontra l-Assemblea ġdida kif proposta mill-President Maduro, u li għaliha se ssir votazzjoni uffiċjali fit-30 ta’ Lulju.