Il-Prim Ministru Joseph Muscat tkellem fil-parlament dwar id-diskussjoni li l-pajjiż se jkun qed jagħmel fosthom dwar il-massage parlours, ir-rappreżentanza tan-nisa fil-parlament, it-traffikar tal-persuni, l-użu ta’ droga għal skop ta’ rikreazzjoni u l-prostituzzjoni. Hu enfażizza li l-gvern qed jipprepara miżuri li jkunu ta’ ‘xokk’ fis-soċjetà iżda li jemmen li huma meħtieġa.
Dwar ir-rapprżentanza tan-nisa fil-parlament, il-Prim Ministru qal li l-gvern hu impenjat li jwettaq ir-riformi meħtieġa u sostna li hu fatt li r-rappreżentana tan-nisa fil-parlamnet kienet ferm inqas minn dak mistenni bħala livell adegwat.
Għadda biżżejjed żmien biex jibqa’ jingħad li l-pajjiż se jasal u għalhekk is-sistema Maltija għandha bżonn ix-xokk tal-kwoti tal-ġeneru mill-elezzjoni li jmiss. Il-kwoti għandhom ikunu miżura temperonja u mhux permanenti u għandu jkollhom l-iskop li jbiddlu l-iżbilanċ fil-pajjiż.
Il-Prim Ministru qal li l-parlament għandu jimplimenta l-miżuri f’din il-leġiżlatura billi jżid id-deputati nisa f’din il-leġiżlatura stess. Hu sostna li biex din il-miżura titwettaq irid ikun qbil mal-Oppożizzjoni.
Il-Prim Ministru sostna li f’Ottubru li ġej il-parlament irid jibda jiddiskuti l-ħinijiet tal-parlament minħabba li hemm diversi membri parlamentari li m’humiex full-time. Dan għaliex il-ħinijiet li jiltaqa’ l-parlament mhux jattira nies lejn il-politika. Din għandha tingħaqad mal-introduzzjoni ta’ deputati full-time.
//= $special ?>