-Kristy Debono, PN
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li l-gvern hu obbligat li jirrestawara r-reputazzjoni ta’ Malta biex ma ssirx ħsara lill-ekonomija Maltija.
Meta tkellmet fil-parlament Kristy Debono qalet li l-gvern ftit għandu viżjoni ta’ setturi ġodda u dwar fejn il-pajjiż se jmur b’din il-viżjoni. Il-mutur ekonomiku tal-pajjiż kien għaddej bis-saħħa tal-kostruzzjoni.
Il-gvern għandu jispjega kemm l-iżvilupp ta’ dan is-settur tal-kostruzzjoni għandu jibqa’ jkun is-settur li minnu tiddependi l-ekonomija u s-sostenibbiltà ekonomika. L-ekonomija tippreferi l-istabbiltà fit-tul u mhux is-sorpiżi. Il-pajjiż għandu jkjun imħejji għal dawn is-setturi ġodda fosthom dawk imsemmija fid-Diskors tat-Tron.
Kristy Debono qalet li l-pajjiż u l-poplu jeħtieġ ikun konvint b’riżultati konkreti. Hi sostniet li r-rikonċiljazzjoni tintlaħaq meta fil-pajjiż ikun hemm is-setturi kollha inovluti.
Hu ta’ tħassib li uffiċjali għolja tal-FIAU tkeċċew waqt li fid-Diskors tat-Tron intqal li l-gvern jixtieq li tinħoloq klima ta’ kunsens f’diversi setturi. Dawn l-iżviluppi ibegħdu l-kunsens nazzjonali.
Kristy Debono semmiet il-gaming u s-servizzi finanzjarji bħala setturi ewlenin tal-ekonomija iżda biex dawn jissaħħu trid tkun restawrata r-reputazzjoni tal-pajjiż.
L-ebda elezzjoni mhi se tbiddel l-affarijiet iżda jridu jittieħdu azzjonijiet konkreti biex il-problemi jkunu indirizzati. Jeħtieġ li jittieħdu il-passi meħtieġa f’dawn is-setturi, sostnit id-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-investituri jridu li l-ġustizzja titwettaq.
//= $special ?>