Is-Segretarju ta’ Brexit, David Davis, fil-preżenza tan-negozjatur ewlieni tal-Unjoni Ewropea, Michel Bernier, appella liż-żewġ partijiet biex ixammru l-kmiem fin-negozjati għat-tluq tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Dan qabel ma ngħata bidu għat-tieni rawnd ta’ taħditiet formali rigward Brexit.
Iż-żewġ partijiet qed jesiġu li jaslu fi qbil fuq id-drittijiet ta ċittadini Ewropej fir-Renju Unit kif ukoll ta’ ċittadini Ingliżi fl-Unjoni Ewropea malajr kemm jista’ jkun.
Qabel ma jkunu jistgħu jibdew it-taħditiet fuq il-kummerċ, l-Unjoni Ewropea trid tilħaq ftehim finanzjarju mar-Renju Unit li jkun jinkludi wkoll il-kwistjoni tal-fruntiera tal-Irlanda. L-atmosfera madwar it-tieni rawnd ta’ negozjati setgħu tjiebu ftit wara li l-Gvern Ingliż irrikonoxxa li r-Renju Unit għandu obligazzajonijiet lejn l-Unjoni Ewropea li għandhom jiġu ndirizzati.
Is-sejħa ta’ Davis tista’ titiqies li t-taħditiet fuq Brexit dieħlin fi stadju kruċjali. Iż-żewġ partijiet għandhom isejjħu konferenza stampa l-Ħamis li ġej fuq l-eżitu tat-taħditiet.
//= $special ?>