– Beppe Fenech Adami, PN
Il-Viċi-Kap tal-PN għall-Ħidma fil-Partit Beppe Fenech Adami sostna li l-akbar problema li għandu l-pajjiż bħalissa hi l-kollass tas-saltna tad-dritt u ta’ entitajiet fundamentali.
Fil-parlament, Beppe Fenech Adami qal li d-diskors tal-President kien fih kliem sabih, jippriedka l-għaqda u suppost ifassal it-triq ‘il quddiem tal-Gvern iżda fil-verità jħalli barra prinċipji li suppost sawru l-ħdma tal-gvern.
Id-diskors ma jsemmix il-meritorazija, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew it-trasparenza fil-politika. Dan hu gvern mifni bil-korruzzjoni li se tibqa’ tiġri warajh
.
Hu qal li r-rebħa elettroali Laburista ma tfisirx li l-każi ta’ korruzzjoni li tappnu l-gvern ta’ Muscat sparixxew. Illum jeżisti l-fatt li fil-konfront ta’ Keith Schmebri hemm rapport tal-FIAU li jimplikah fil-bejgħ tal-passorti lil tliet Rusi u tixħim ta’ €100,000. Flimkien ma’ Brina Tonna, Keith Schembri ħoloq eksma li biha għaddew eluf ta’ ewros fil-kont ta’ Keith Schembri fil-Bank Pilatus.
Il-Gvern jibqa’ jiddefendi lil Keith Schembri quddiem dawn il-fatti u rapporti oħra li jimplikaw lil Keith Schembri f’kumpaniji oħra moħbija. Dawn ir-rapporti ilhom għand il-pulizija li għandha l-obbligu li tinvestiga iżda qed tirrifjuta li tagħmel dan.
Il-kriżi li għandu j-pajjiż hi l-kollas tas-saltna tad-dritt, fejn il-pulizija qed tirrifjuta li tinvestiga lil min hu viċin Joseph Muscat. Min jinvestiga jitwarrab kif ġralu Jonathan Ferris fl-FIA, li kellu l-kruraġġ jinvestiga l-korruzzjoni tal-Gvern ta’ Muscat. Dan hu l-gvern ta’ Muscat li jippriedka l-għaqda u t-tisiħ tad-demokrazija iżda jipprattika l-oppost.
Beppe Fenech Adami qal li l-gvern qed jgħalaq ħalq min jikxiflu għawwaru u jagħmel sarima ma’ min jikxiflu l-korruzzjoni. Din hi problema ta’ kollass ta’ tant entitajiet importanti fosthom l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u fil-Korp tal-Pulizija.
Illum quddiem il-qorti qed jispiċċaw iż-żgħar iżda kriminali magħrufa jibqgħu jokkupaw l-uffiċċji f’Kastilja. Se nibqa’ niġġieled din l-inġustizzja sal-aħħar, sostna Beppe Fenech Adami, li kompla li għal din il-korruzzjoni qed iħallsu l-familji.
//= $special ?>